Amerikan ta’ 37 sena li ħareġ jistad u dam mitluf għal xahrejn ġie salvat wara li, għal ġimgħat sħaħ, żamm ruħu ħaj ‘bil-ħut nej u l-ilma tax-xita’ filwaqt li espost għall-elementi tal-Oċean Atlantiku.
Louis Jordan instab mill-ekwipaġġ ta’ tanker li nzerta għadda minn ħdejh waqt li hu kien xi 200 mil ‘il barra mill-kosta ta’ North Carolina. Id-dgħajsa tal-qlugħ ta’ Jordan instabet maqluba, u bir-raġel iżomm mill-aħjar li jista’ fuq il-parti tagħha li ma spiċċatx mgħarrqa — minfejn, imbagħad, setgħu jtellgħuh għal fuq it-tanker.
Jordan kien ilu rappurtat nieqes mill-aħħar ta’ Jannar, wara li kien ħareġ bid-dgħajsa minn Conway, f’South Carolina, u bi qrabatu jgħodduh bħala mejjet. Intant, fl-ewwel telefonata wara li kien salvat, Jordan talabhom skuża ‘talli ma setax jirritorna d-dar waħdu’.
Il-gwardjani tal-kosta Amerikani li wasslu dan ir-raġel l-isptar qalu li qatt ma semgħu b’każ fejn bniedem seta’ jissapporti daqshekk fiċ-ċirkostanzi, bl-esperjenza ta’ Jordan iddum għal xejn anqas minn 66 jum.
//= $special ?>