Lokali

Jitlestew żewġ proġetti ta’ restawr f’Ħad-Dingli

Kurċifiss tad-19-il seklu li hu espost fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħad-Dingli ġie restawrat wara proċess ta’ sitt xhur.

Filmat: Il-Kappillan ta’ Ħad-Dingli Ewkarist Zammit li jispjega l-importanza ta’ dan ir-restawr u l-Perit David Vassallo, li tqabbad mill-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli biex jissorvelja x-xogħol ta’ restawr.

Dan ir-restawr ta lura lill-Kurċifiss dettalji li qabel kienu nħbew minn żebgħa bħad-dmija fuq liżar li jdawwar lill-figura ta’ Kristu.

Għaddej ukoll l-aħħar xogħol fuq ir-restawr tal-kappella ta’ Santa Marija Madalena, fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli, kappella li ġarrbet ħsara kbira wara li ntlaqtet minn sajjetta f’Diċembru li għadda.

Il-każ seħħ biss ftit wara li kien għadu kif tlesta proġett ta’ restawr ieħor.

Bħala parti minn dan ir-restawr, inġabar ġebel kemm jista’ jkun l-istess għal dak li nbniet bih il-kappella. Fejn ma kienx possibbli intuża ġebel tal-istess tip biex il-prodott aħħari jkun kemm jista’ jkun qrib għal dak li kien hemm qabel is-sajjetta għamlet din il-ħsara.

Il-ħitan minn ġewwa inksew b’materjal naturali u ngħatat iż-żebgħa kif kienet qabel filwaqt li ġie restawrat inkwatru li kien tqatta’ bil-ġebel li tar ‘il ġewwa fil-kappella.

Finalment kienet installata wkoll kalamita bl-għan li fil-futur il-kappella ma terġax iġġarrab l-istess ħsara