Is-sena 2015 bdiet b’saħħa kbira fis-swieq tal-indiċi fl-Ewropa. Matul l-2014 konna rajna is-swieq javvanzaw ftit ferm u saħansitra diversi swieq Ewropej kienu marru lura. Hemm tlett fatturi prinċipali li waslu sabiex is-swieq madwar l-Ewropa raw żidiet b’saħħithom fl-ewwel tlett xhur tas-sena.
L-ewro ddgħajjef ferm kontra kull munita u dan wassal biex l-kumpaniji Ewropej jesportaw iktar u jtejbu l-kompetittività tagħhom. Il-prezz taż-żejt li issa ilu bosta xhur li nieżel iktar minn 50% fil-valur meta mqabbel ma’ sena ilu, għin biex ħafna konsumaturi u negozji tejbu l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom.
Fattur ieħor li għin biex fl-Ewropa, bosta kumpanija raw żieda fil-valur tal-ishma tagħhom kien li l-Bank Ċentrali Ewropew qed jixtri bonds u b’hekk jgħin setturi varji. Dan qed ikun akkumpanjat ukoll minn rati ta’ interessi baxxi ferm li qed joffru l-banek. Għal daqstant bosta investituri setgħu poġġew flushom f’ishma milli f’kontijiet bankarji, u b’hekk domanda ikbar għal ishma u bonds waslet għal prezzijiet iktar għoljin.
Wara l-inċident tal-ajruplan Germanwings, bosta kumpaniji tal-ajru raw telf fil-prezz tal-ishma. Dan jista’ jkun sentiment tal-aħbarijiet xokkanti li qed joħorġu ta’ kuljum fuq dan il-każ.
Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net , Tel. 21493250. Tista’ tirċievi dan l-artiklu b’xejn billi tibgħat email fuq info@mpmci.net.
L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma provduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta’ investiment
//= $special ?>