Madwar 10,000 persuna attendew il-mixja b’risq Puttinu Cares, li din is-sena daħlet fit-tnax-il edizzjoni tagħha.
Eluf ta’ Maltin u Għawdxin li mxew mill-Mellieħa sal-Isla fil-Mixja tal-Ġimgħa l-Kbira, li saret fil-lejl ta’ bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira.
Ritratti: IRIS
Minbarra l-isfida personali li ġġib magħha din il-mixja, il-parteċipanti kienu mitluba li jagħmlu donazzjoni ta’ €10, u dan ifisser li fl-edizzjoni ta’ din is-sena inġabru mat-€98,000; ammont rekord li jaqbeż dak tas-sena l-oħra meta kienu nġabru €80,000. Din is-somma għad mhix finali, hekk kif iktar sponsors mistennija jżidu ma’ din is-somma bid-donazzjonijiet tagħhom.
Il-mixja ta’ 30 kilometru sal-Isla bdiet fis-2 ta’ filgħodu f’Misraħ iż-Żjara tal-Papa fil-Mellieħa. L-organizzaturi tal-mixja organizzaw ukoll trasport sal-Mellieħa qabel il-mixja, u lura l-Mellieħa wara l-mixja.
//= $special ?>