Waqt il-purċissjoni tal-Via Crucis fil-lejl tal-Ġimgħa l-Kbira, il-Papa Franġisku, tkellem dwar il-persekuzzjoni tal-Insara madwar id-dinja. Persekuzzjoni li meta wieħed iżomm fommu sieket dwar dan ikun kompliċi wkoll.
Eluf ta’pelleġrini ngħaqdu mal-Papa għall-Via Crucis, fosthom refuġjati mill-Iraq u s-Sirja kif ukoll Niġerjani li ħarbu mill-persekuzzjoni ta’ militanti Iżlamiċi.
Il-purċissjoni saret ġurnata wara madwar 150 persuna nqatlu f’attakk mill-grupp militanti Iżlamiku Somalu tal-al-Shabab kontra universita fil-Kenja.
Il-Papa qal li llum, wieħed għadu qed jara l-Insara persekwitati, b’rashom maqtugħa jew msalba minħabba t-twemmin tagħhom. Aktar qabel hu kundanna l-attakk fil-Kenja, li deskriva bħala “att ta’ brutalita bla sens” fejn fil-mira kien hemm studenti Insara.
Waqt iċ-ċerimonja tal-Ġimgħa l-Kbira, Raniero Cantalamessa, il-predikatur uffiċjal tal-Vatikan, kundanna dak li sejjaħ hi l-indifferenza inkwetanti tal-istituzzjonijiet dinjija għal qtil kollu li qed isir ta’ Insara madwar id-dinja.
Il-Papa dwar l-iskiet fil-konfront tal-persekuzzjoni tal-Insara
