It-Taliban fl-Afganistan ippubblika bijografija sorpriża ta’ Mullah Mohammed Omar, il-Mexxej radikali Iżlamiku misterjuż, biex ifakkar id-19 il-sena tiegħu bħala Kap Suprem tal-Moviment tal-ġellieda Talibani.
Il-bijografija ta’ 5,000 kelma tidher fuq il-websajt tat-Taliban u fost oħrajn toffri forma ta’ spjegazzjoni dwar xi fatti personali dwar Mullah Omar li setgħu qajjmu d-diżgwid fost l-analisti u l-osservaturi tat-Taliban.
Il-bijografija tirreferi wkoll għall-fatt li Mullah Omar ‘għandu sens ta’ umoriżmu speċjali’. U għalkemm ħadd ma jaf il-lokalita tal-Mexxej Talibani, ingħad li ‘hu xorta qed iżomm ruħu aġġornat mal-ġrajjiet kurrenti (fid-dinja) u dak kollu li qed jiżvolġi kuljum fl-Afganistan’.
L-Istati Uniti offriet premju ta’ $10 miljuni għall-informazzjoni li twassal għall-arrest ta’ Mullah Omar li ilu ma jidher mindu l-qawwiet Amerikani kienu invadew l-Afganistan, fl-aħħar xhur tal-2001.
Dik l-invażjoni rriżultat mill-fatt li Mullah Omar kien serva bħala sostenitur ewlieni tat-terrorista maqtul, Osama bin Laden, li kien imexxi l-grupp Al-Qaida’. L-invażjoni anki seħħet ġimgħat wara l-famużi attakki terroristiċi bl-ajruplani li kienu mexxew l-Al-Qaida kontra l-ibliet prinċipali tal-Istati Uniti.
//= $special ?>