Internazzjonali

Fil-Kenja jibdew tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali

Fil-Kenja bdew tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali wara l-attakk fuq l-Universita’ ta’ Garissa li ħalla 148 vittma, kollha studenti universitarji. L-attakk kien seħħ mill-grupp militanti al-Shabab.

Filfatt, iċ-ċeremonji f’Jum l-Għid il-Kbir fil-Kenja mistennija jfakkru lil dawk li mietu f’dan l-attakk li seħħ il-Ħamis li għadda.

Intant, il-President tal-Kenja, Uhuru Kenyatta wiegħed li l-pajjiż se jirrispondi għall-attakk bl-iktar mod sever. S’issa ġew identifikati 54 vittma biss mill-qraba tal-vittmi fil-mortwarju fil-Kapitali Nairobi.