Futbol Sport

Ħames gowls ta’ Ronaldo f’rebħa kbira ta’ Real

Il-winger Portugiż Cristiano Ronaldo kellu wirja mill-aqwa meta skurja ħames gowls fir-rebħa kbira ta’ 9-1 li kellhom Real Madrid kontra Granada. Kien fil-25 minuta logħob meta l-Merebgues fetħu l-iskor permezz ta’ Gareth BALE li dan l-aħħar kien qed ikun ikkritikat għall-wirjiet tiegħu. Bale kompla minn fejn ħalla matul il-ġimgħa meta skurja żewġ gowls ma’ Wales kontra l-Iżreal f’logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016.

Ħames minuti wara Cristiano RONALDO skurja l-ewwel gowl tiegħu u fi spazju ta’ tmien minuti kien skurja tnejn oħra biex Real kienu diġa’ 3-0 minn fuq.

Hekk kif bdiet it-tieni taqsima Real komplew minn fejn ħallew u fit-52 minuta kien Karim BENZEMA li sab ix-xibka filwaqt li sitt minuti mit-tmiem kollox kompla ġewj ħażin għal Granada meta Mainz tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess. RONALDO issiġilla l-logħba fid-89 minuta filwaqt li l-gowl tal-bandiera għal Granada fil-Bernabeu skurjah IBANEZ kwarta mit-tmiem.