Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna jmexxi l-Quddiesa Stazzjonali tal-Għid il-Kbir.
Il-quddiesa bdiet għall-ħabta tad-9.15 ta’ filgħodu. Matul din il-quddiesa, l-Arċisqof mistenni jilqa’ tlett adulti fil-Knisja Kattolika, fosthom mara mill-Kenya, li qabel kienet tħaddan ir-reliġjon Luterana. Waqt il-quddiesa, l-Arċisqof ta wkoll il-Barka Appostolika bl-Indulġenza Plenarja.
//= $special ?>