Internazzjonali

It-traġedja tal-Germanwings: Tintemm it-tfittxija fl-Alpi

L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li temmew it-tfittxija għall-katavri tal-vittmi fis-sit, qalb l-Alpi Franċiżi, fejn kien iġġarraf l-ajruplan tal-linja Germanwings, u fejn mietu l-150 persuna abbord.

Sadanittant qed ikompli l-proċess għall-identifikazzjoni tal-vittmi fost l-analiżi tad-DNA tal-vittmi u l-materjal li kien elevat s’issa mill-inħawi.

Fl-istess ħin, ħarġu r-rapporti li l-Kummissjoni Ewropea kellha kwistjoni mal-awtorita tal-avvjazzjoni tal-Germanja qabel seħħet it-traġedja bl-ajruplan. Skont il-gazzetta Wall Street Journal, il-Kummissjoni qalet li l-awtorita Ġermaniża kienet imwissija li teħtieġ tirranġa xi problemi li ilhom jeżistu għal żmien.