Internazzjonali

Jinqatlu s-suldati tal-Gvern fl-Ukrajna

Sitt suldati Ukreni nqatlu waqt inċidenti separati lejn il-Lvant tal-Ukrajna u li kienu kkonfermati mill-Uffiċjali tal-Gvern.

Erba’ mis-suldati mietu meta l-vettura li kienu għaddejjin biha spiċċat mira ta’ aggressuri li fetħu n-nar fuqha. L-inċident seħħ f’inħawi qrib Lugansk, li hi fortizza tas-separatisti Ukreni li jridu l-għaqda mar-Russja.

Fit-tieni inċident, żewġ suldati oħra tilfu ħajjithom meta l-vettura tagħhom għaddiet minn fuq tagħmir splussiv għal kontra t-tankijiet tal-gwerra, viċin il-belt ta’ Mariupol.

Bħalissa, suppost qed iżomm ftehim għall-paċi fraġli fir-reġjuni Ukreni tal-Lvant u li ilu effettiv minn Frar.