Tard is-Sibt filgħaxija grupp ta’ nies armati sparaw fuq il-coach tal-klabb ta’ Fenerbahce u laqtu anke lis-sewwieq li immedjatament ittieħed l-isptar.
L-ebda plejer ma weġġa’ f’dan l-inċident li seħħ hekk kif it-tim kien sejjer lejn l-ajrupoirt tal-belt ta’ Trabzon wara li intemmet il-logħba bejn Fenerbahce u Rizespor, logħba li Fenerbahce rebħu bi skor ta’ 5-1.
Il-Prim Ministru Tork Ahmet Davutoglu qal li bdiet invetigazzjoni filwaqt li l-Federazzjoni tal-Futbol fit-Turkija ikkundannat dan l-attakk. Fir-ritratt jidhru l-plejer ta’ Fenerbahce Emre Belozoglu u l-kowċ Ismail Karta.
//= $special ?>