Ir-riforma li tant ilna nisimgħu dwarha fil-futbol tal-players status, mistennija tmur għal vot tal-membri tal-Kunsill tal-MFA x-xahar li ġej. Dan kien konfermat mill-Viċi President tal-MFA u l-persuna li qed jikteb din ir-riforma, l-Avukat Chris Bonett waqt il-programm Replay li se jixxandar illejla fl-9:40pm fuq Net Television.
Din ir-riforma hija deskritta bħala waħda importanti u meħtieġa għall-iżvilupp tal-futbol lokali f’pajjizna hekk kif se tkun qed tbiddel numru ta’ regolamenti antiki u li llhom fil-futbol Malti għal snin twal. F’kliem aktar sempliċi din ir-riforma se tkun qed timmoderniżża regolamenti importanti li jolqtu direttament lill-plejers kollha, saħansitra anke t-tfal fin-nurseries, u l-klabbs lokali.
Fil-programm tal-lejla, bi presentazzjoni ta’ Christian Micallef u Sarah Agius, l-Avukat Bonett se jkun qed jiżvela għall-ewwel darba r-regolamenti li mistennija jmorru għall-vot quddiem il-membri tal-Kunsill tal-MFA f’Mejju li ġej. Ir-riforma mistennija tidħol fis-seħħ minn Ġunju li ġej meta jibda l-istaġun il-ġdid 2015/16.
F’Replay tal-lejla jkun hemm is-servizzi tal-partiti li ntlagħbu l-bieraħ mill-Kampjonat Premier. Mistiedna ukoll fil-programm tal-lejla se jkun hemm l-Avukat Adrian Delia u l-Avukat Matthew Paris.
Għafas hawn biex tra l-promo pubbliċitarju ta’ Replay għall-programm tal-lejla li jibda fl-9:40pm fuq Net Television.
//= $special ?>

