It-tennista Amerikana Serena Williams rebħet l-Open ta’ Miami meta fil-finali għelbet lil Carla Suarez Navarro.
In-numru wieħed fid-dinja kellha bżonn biss 55 minuta biex rebħet bi skor ta’ 6-2. 6-0 kontra t-tennista Spanjola li ma setgħet tagħmel xejn kontra l-qawwa tal-avversarja tagħha. Għal Williams din kienet it-tmien darba fil-karriera tagħha li rebħet dan l-Open filwaqt li b’kollox, issa Williams rebħet 66 titlu.
Minkejja t-telfa li sofriet, Navarro se tikkonsla bil-fatt li minħabba li waslet sal-finali xorta waħda se titla’ mal-ewwel 10 f’dawk li huma rankings mondjali tal-WTA.
//= $special ?>