Joseph Muscat għadu ma rrealizzax li f’tentattiv iddisprat biex jipponta subajh lejn ħaddieħor, għandu erbat iswaba oħra jippuntaw lejh.
Muscat mhux kredibbli meta jattakka lil ħaddieħor, meta hu u Anton Refalo kienu jafu bl-allegazzjonijiet kollha dwar Għawdex sa mill-bidu nett u ma għamlu xejn dwarhom.
Il-Partit Nazzjonalista qal dan fi stqarrija b’reazzjoniji għal intervista li l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista.
Muscat mhux kredibbli meta jattakka lil ħaddieħor, meta hu personalment indaħal u nnegozja s-somma ta’ €4.2 miljun mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi fl-iskandlu tal-Cafe’ Premier.
Muscat mhux kredibbli meta jattakka lil ħaddieħor, meta hu ddefenda lill-Ministru Konrad Mizzi li ndaħal fil-proċess tal-hedging taż-żejt biex intgħażlet il-kumpanija tal-Ażerbajġan, liema ndħil wassal għal telf ta’ €14-il miljun u biex il-familji u n-negozji Maltin iħallsu l-ogħla prezzijiet tal-petrol u d-diesel fl-Ewropa.
Muscat mhux kredibbli meta jattakka lil ħaddieħor, meta hu ta paga ta’ €85,000 lil Cyrus Engerer, waqt li qed jiskonta sentenza sospiża ta’ ħabs.
Dwar l-allegat każ ta’ Għawdex, il-Kap tal-Oppożizzjoni diġà qal li fil-laqgħa li kellu mal-kuntrattur, ma ġew diskussi l-ebda allegazzjonijiet ta’ abbużi. Jidher li l-Prim Ministru jew ma fehemx dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni jew ma jridx jifhem.
//= $special ?>