Internazzjonali

Il-Kenja fl-azzjoni kontra l-al-Shabab

Ajruplani militari tal-Qawwa tal-Ajru tal-Kenja attakkaw qagħdiet tal-al-Shabab fis-Somalja. Dan sar bi tpattija għall-massakru tal-ġimgħa li għaddiet li fih inqatlu studenti Nsara f’Garissa minn membri tal-grupp militanti Iżlamiku.
Kelliem militari Kenjan qal li fil-mira kien hemm żewġ kampijiet tal-al-Shabab fir-reġjun ta’ Gedo. Intqal li dawn il-bażijiet kienu jintużaw biex ġellieda tal-al-Shabab jaqsmu mis-Somalja lejn il-Kenja.
Din kienet l-ewwel reazzjoni mill-Kenja għall-qtil ta’ 148 persuna fl-università ta’ Garissa.
Il-President tal-Kenja Uhuru Kenyatta kien wiegħed li l-pajjiż kien se jwieġeb għal dan l-attakk bl-aktar mod aħrax.