Meta kienet qed tindirizza l-attività politika fin-Nadur ix-Shadow Minister Claudette Buttigieg qalet li f’Għawdex u Malta teżisti problema ta’ biżgħa fost in-nies. Hi semmiet San Pawl il-Baħar u l-proġett mwiegħed fiż-żona tal-Erba’ Imwieżeb u qalet li dan il-proġett ma twettaqx. F’Marsaxlokk il-Gvern wiegħed power station ġdida iżda ma sar xejn waqt li issa l-Gvern Laburista qed iwiegħed skola medika u sptar ġdid bħala parti minn investiment ta’ 200 miljun ewro.
Claudette Buttigieg qalet li l-Ministri Laburisti qed jitfixklu bejniethom dwar l-investiment f’Għawdex u sostniet li l-Ministru Chris Cardona u s-Segretarju Parlamentari Chris Fearne mhumiex jaqblu bjeniethom. Il-fatti huma li Barts ma jinvestux iżda jmexxu sptarijiet u skejjel mediċi u staqsiet għaliex għadu mhux magħruf x se jkun ir-rwol tagħhom f’Għawdex.
Claudette Buttigieg qalet li bħalissa f’Għawdex hemm 290 sodda fGħawdex waqt li bl-investiment se jkun hemm 450 sodda. Il-fatti huma li minn dawn l-450 sodda se jkun hemm 150 sodda għall-barrani. Dan ifisser li se jkun hemm biss żieda ta’ 10 sodod ġodda għall-Għawdxin.
//= $special ?>