Meta kienet qed tindirizza l-attività politika fin_Nadur, l-Ewroparlamentari Therese Comodini Cachia tkellmet dwar l-importanza ta’ politika ta’ inklużjoni fis-settur tal-edukazzjoni u sostniet li minkejja d-diskors tal-Gvern, fil-verità r-riformi li qed isiru qed jitwettqu mingħajr konsultazzjoni.
Hi rriferiet għar-riforma proposta fl-MCAST u qalet li din ir-riforma qed titwettaq bla inklużjoni tal-istudenti u l-għalliema. L-Ewroparlamentari Comodini Cachia sostniet li l-PN jemmen bis-sħiħ fil-kwalità tal-edukazzjoni li għandha tingħata lill-istudenti u sostniet li jekk ir-riforma ma titwettaqx b’konsultazzjoni, din ma tħallix ir-riżultati meħtieġa. Therese Comodini Cachia tkellmet dwar l-importanza li x-xogħol li jinħoloq ikun ta’ kwalità.
//= $special ?>