Fi stqarrija maħruġa ftit tal-minuti ilu, il-Gvern qal li tliet persuni, tnejn ta’ nazzjonalità Bangladeshi u wieħed mill-Ghana, ġew evakwati mil-Libja għal Malta nhar il-Ġimgħa li għadda.
It-tliet irġiel kienu ġew maħtufa flimkien ma’ sitt persuni oħra minn bir taż-żejt nhar is-6 ta’ Marzu 2015.
Huma ġew meħlusa u ntalbet għajnuna biex jiġu evakwati lejn Malta. L-irġiel qed jingħataw l-għajnuna neċessarja.
Tnejn minnhom diġà telqu lejn pajjiżhom u ieħor se jkompli fi triqtu lejn pajjiżu fis-sigħat li ġejjin.
//= $special ?>