Lokali

Ritratti: Drenaġġ fiż-Żurrieq

Fil-jiem meta t-tfal għaddejjin bil-vaganzi tal-Għid, u allura suppost għandhom aktar ċans joħorġu mal-familja tagħhom biex jistrieħu ftit, ir-residenti taż-Żurrieq qed jesperjenzaw sitwazzjoni mhux daqstant pjaċevoli.

Dan hekk kif dawn, illum, qed jesperjenzaw irwejjaħ qawwija tad-drenaġġ. Residenti li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu li minkejja li ċemplu lill-awtoritajiet biex jilmentaw dwar din is-sitwazzjoni, baqa’ ma sar xejn.

Huma fakkru fix-xogħol li sar fil-jiem li għaddew, biex suppost tissolva din is-sitwazzjoni, iżda milli jidher dan ix-xogħol ma ħalla l-ebda effett mistenni.

11078318_10153208184568582_177427387_n

11130543_10153208184603582_1225457978_n