Internazzjonali

Truppi Franċiżi jeħilsu ostaġġ fil-Mali

Truppi speċjali Franċiżi ħelsu ostaġġ Olandiż li kien ilu f’idejn militanti Iżlamiċi fil-Mali mill-2011.
Il-militar Franċiż qal li Sjaak Rijke nħeles fit-Tramuntana tal-Mali minn idejn diversi militanti li kienu qed iżommuh ostaġġ. Hu kien inħataf flimkien ma’ Żvediż, Johan Gustafsson, u ieħor mill-Afrika t’Isfel, Stephen Malcolm, imma dwarhom ilbieraħ ma ntqal xejn wara s-salvataġġ.
L-Olandiż kien deher f’Novembru f’filmat li kien ħareġ il-grupp al-Qaeda fit-Tramuntana tal-Afrika.
Franza kienet intervjeniet militarment fil-Mali fl-2013 wara li militanti Iżlamiċi kienu kważi ħadu l-kontroll tal-pajjiż kollu.
Rijke u t-tnejn l-oħra kienu nħatfu waqt li kienu f’lukanda f’Timbuktu. Fl-attakk kien inqatel turist Ġermaniż