Illum ikompli l-istrajk mill-ħaddiema tal-HSBC tant li llum waranofsinhar mistennija ssir ukoll laqgħa għall-ħaddiema ta’ dan il-bank.
Dan wara li l-MUBE ilbieraħ tat direttiva lill-ħaddiema tal-bank biex ma jirrappurtawx għax-xogħol. Il-union sejħet bħala “insult lill-klijenti” id-deċiżjoni tal-Bank HSBC li jhedded b’lock out lill-ħaddiema li qed jobdu d-direttivi tal-MUBE. Fi stqarrija l-MUBE qalet li din it-theddida wasslet lill-istess union biex tagħti direttiva lill-ħaddiema tal-HSBC biex illum ma jirrappurtawx għax-xogħol.
Fl-istqarrija l-MUBE qalet li kwalunkwe attentat ta’ negozjar min-naħa tal-union falla u l-union ikkonfermat ukoll li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru offra li jkun medjatur fil-kwistjoni.
Fl-istqarrija, l-MUBE akkużat lit-tmexxija tal-bank HSBC li mhux tifhem is-serjetà tat-theddida tagħha għall-istabilità ekonomika ta’ pajjiżna. L-union elenkat numru ta’ deċiżjonijiet tat-tmexxija tal-bank HSBC fosthom li kien irtirat pakkett finanzjarju wara li kien hemm ftehim dwaru u li t-tmexxija ma qablitx dwar żidiet fil-pagi.
//= $special ?>