Lokali

Gvern mehdi jaqdi lil tal-qalba – Paula Mifsud Bonnici

Hija u tindirizza l-attività politika f’San Ġiljan, id-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici ffukat id-diskors tagħha fuq is-sitwazzjoni fl-Awtorità tad-Djar.

Paula Mifsud Bonnici saħqet li f’din l-awtorità l-Gvern jinsab mehdi biex jippremja lin-nies tal-qalba. Xhieda ta’ dan hija l-ħatra tas-CEO tal-Awtorità tad-Djar li saret mingħajr sejħa kif ukoll il-ħatra ta’ Deputy CEO li se tingħata lil persuna li għadha taħt probation iżda li diġà ingħatat din il-kariga.

Hija saħqet li l-impjegati f’din l-awtorità l-impjegati jinsabu b’rashom maqtugħa partikolarment fid-dawl tal-fatt li bħalissa qed isiru l-interviews għal 23 kariga fi ħdan l-awtorità iżda kulħadd jaf min se jkun qed jokkupa dawn it-23 kariga.

Paula Mifsud Bonnici fakkret li l-gvern ma nieda l-ebda skema tal-Awtorità tad-Djar u waqqaf kull skema li kien nieda Gvern Nazzjonalista.

Fi tmiem id-diskors tagħha Paula Mifsud Bonnici appellat biex il-poplu jagħraf li l-Gvern qed jinganna lin-nies u bil-vot tiegħu juri fiduċja fil-Partit Nazzjonalista li qed jinbidel u li jista’ jagħmel id-differenza.