Il-Gvern tal-Greċja qal li l-Ġermanja għandha ‘d-dejn’ miegħu, li hu ekwivalenti għal kważi 279 biljun ewro. Dan bħala riparazzjonijiet tal-gwerra kaġun tal-okkupazzjoni tal-artijiet Griegi mill-qawwiet Nażisti li seħħet matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
Din hi l-ewwel darba li l-Greċja kkalkulat, uffiċjalment, dak li, allegatament, hu dovut lilha mill-Ġermanja b’konnessjoni mal-atroċitajiet tan-Nażisti li waqt il-gwerra anki serqu l-assi u l-aktar affarijiet prezzjużi tal-Griegi.
Madankollu, il-Gvern tal-Ġermanja qal li l-kwistjoni kienet legalment riżolta xi snin ilu.
Il-Gvern radikali Grieg tax-Xellug, immexxi mill-Partit Syriza, qed jinsisti b’dan il-‘jedd’ fil-konfront tal-Ġermanja filwaqt li jagħmel l-almu tiegħu biex jirrispetta d-deadlines għall-ħlas tad-djun tal-Greċja lill-kredituri internazzjonali.
Intant, hu mifhum li l-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras kien qajjem il-kwistjoni tar-riparazzjonijiet ix-xahar li għadda waqt il-laqgħa f’Berlin mal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel.
//= $special ?>