Hekk kif fadal biss ftit jiem għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u r-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, dawn huma l-istejjer ewlenin fuq il-faċċati tal-ġurnali fl-ewwel jum tal-aħħar ġimgħa qabel l-elezzjonijiet:
IN-NAZZJON b’rapport dwar id-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil waqt laqgħa ta’ djalogu li saret il-Ħadd fin-Nadur. Rapport li jikkwota lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista jgħid “Agħmel differenza bil-vot tiegħek biex aħna nagħmlu d-differenza għalik.”
THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar il-każ ta’ John Dalli, b’dan il-ġurnal jiżvela dettalji mit-tieni investigazzjoni li kienet saret mill-Aġenzija Ewropea ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).
L-ORIZZONT b’rapport dwar kif l-Interconnector se jkollu inawgurazzjoni storika bilaterali hekk kif il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi u dak Malti flimkien se jniedu uffiċjalment il-provvista lokali tal-elettriku diretta minn Ragusa nhar il-Ħamis.
TIMES OF MALTA b’rapport dwar storja li qed toffri xogħolijiet lil nisa mill-Filippini bħala infermiera minkejja twissija li din il-kumpanija għandha biex ma tagħmilx dan. Storja oħra dwar kif f’Malta jista’ jkun hawn żieda ta’ bejgħ ta’ propjeta’ lil pensjonanti Ingliżi wara bidla fis-sistema tal-pensjoni fl-Ingilterra.
//= $special ?>