L-isem tal-pilota Patrick Sondheimer mhux magħruf. L-ewwel ritratt tiegħu ġie ppreżentat biss biss ġimgħatejn wara t-traġedja tal-Germanwings, li ħasdet il-ħajja ta’ 150 persuna.
Ir-ritratti tal-pilota (l-ewwel mix-xellug) u l-crew tiegħu tpoġġew fil-kwartieri tal-Germanwings, f’Cologne, fil-Ġermanja, biex titfakkar il-memorja ta’ dawn l-eroj.
Il-Kaptan Patrick Sondheimer, raġel ta’ 34 sena, miżżewweġ u b’żewġt’itfal, hu l-eroj li jinstema’ fir-recordings tal-ajruplan li ġġarraf fl-Alpi Franċiżi, jordna lill-ko pilota Andreas Lubitz biex jiftaħ il-kabina.
Meta l-ordnijiet tiegħu ġew injorati, il-Kaptan Sondheimer ipprova jiżgassa l-bieb tal-kabina. Fir-recordings, id-daqqiet ta’ Sondheimer f’attentat biex jiftaħ il-bieb tal-kabina jibqgħu jinstemgħu eżatt sa qabel iġġarraf l-ajruplan, u ntemm kollox.
F’moħħ il-Kaptan Sondheimer kien hemm biss għan wieħed, dak li jsalva lill-passiġġieri u l-crew tat-titjira 9525.
Il-Kaptan Sondheimer, b’esperjenza ta’ iktar minn 6,000 siegħa ta’ titjir tal-ajruplani tat-tip A320, karriera ta’ għaxar snin mal-Lufthansa, u sena oħra mal-Germanwings, hu l-eroj li ftit jafu bih.
Ma’ Sondheimer jingħaqdu wkoll il-membri tal-crew, li bħal Sondheimer ftit li xejn nafu dwarhom. Minkejja li kienu jafu b’dak li qed jiġri, fil-ftit minuti qabel iġġarraf l-ajruplan, dawn bil-kalma kollha daru lejn il-passiġġieri, ipprovaw jikkalmawhom u talbuhom jaqflu ċ-ċintorini tas-sigurta’.
L-għada tat-traġedja, Germanwings kellha wkoll eroj ieħor. Pilota li s’issa ismu għadu mhux magħruf, li kellu jopera l-istess rotta, u laqa’ lil kull passiġġier, wieħed wieħed u waħda waħda, qabel daħlu fl-ajruplan.
Dan il-pilota ta wkoll diskors imqanqal fejn assigura lill-passiġġieri li kien se jwassalhom lejn id-destinazzjoni tagħhom bla periklu, għaliex anke’ hu kellu familja tistennieh.
//= $special ?>