Lokali

Il-poplu sar jaf dak li l-Gvern ried iżomm moħbi –Jason Azzopardi

Wara li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista żvela 11-il kuntratt li l-gvern ried iżomm mistura, issa l-poplu sar jaf dak li l-Gvern Laburista għamel minn kollox biex iżomm moħbi.

Kien dan il-messaġġ tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi meta kien qed jindirizza l-attività politika f’San Ġiljan. Jason Azzopardi qal li l-Gvern Laburista għaġġel biex jgħaddi artijiet tal-Enemalta 24 siegħa biss qabel ma tneħħiet liġi li kienet torbot lill-Enemalta biex tmur il-parlament qabel ma tagħmel dan.

Jason Azzopardi fakkar li wara li l-Oppożizzjoni żvelat il-11-il kuntratt, il-Gvern qal li dawn il-kuntratti kienu dejjem disponibbli għall-pubbliku. Din mhi xejn għajr gidba, saħaq Jason Azzopardi, minħabba li li l-gvern ċaħħad kemm-il darba lill-media milli jkollha aċċess għal dawn il-kuntratti.

Fid-dawl ta’ dan kollu, Jason Azzopardi saħaq li l-poplu Malti jixraqlu gvern li ma jgħaddihx biż-żmien.

“Xejn mhu se jaqta’ qalb l-Oppożizzjoni milli tkompli tgħid il-verità” temm jgħid Jason Azzopardi li appella għall-vot lill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista biex il-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jagħmel id-differenza.