Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti qed jinsisti biex jingħata aċċess għal kamp tar-refuġjati Palestinjani fis-Sirja minħabba raġunijiet umanitarji urġenti
L-Uffiċjali tan-Nazzjonijiet Uniti qalu li t-18,000 refuġjati fil-kamp ta’ Yarmouk qegħdin jgħixu f’kundizzjonijiet inumani, bis-sitwazzjoni taqlab għall-agħar mindu l-ġellieda tal-ISIS wettqu offensiva fl-inħawi.
Fil-preżent, milizzji Palestinjani li qed jopponu lill-Gvern Sirjan u xi ġellieda mal-Armata għal Sirja Ħielsa qed imexxu l-ġlieda kontra l-ISIS.
Intant, l-Ambaxxatur tal-Ġordan, Dina Kawar, li fil-preżent qed taġixxi bħala ċ-Chairman tal-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti, insistiet għall-protezzjoni taċ-ċivili fil-kamp ta’ Yarmouk u biex tasal mill-aktar fis l-għajnuna lir-residenti li tista’ tagħmel id-differenza kollha bejn ħajja u mewt.
Min-naħa tagħhom, kelliema oħra għall-ażjendi ta’ fejda qalu li s-sitwazzjoni f’dan il-kamp hi aktar iddisprata minn qatt qabel. L-Ambaxxatur Palestinjan għan-Nazzjonijeit Uniti, Riyad Mansour, qal li l-Gvern tiegħu, fil-preżent, qed jagħti l-akbar priorita lill-impenji biex isavaw dawn ir-refuġjati.
//= $special ?>