Futbol Sport

It-tfajliet tat-tim nazzjonali jżuru u jqassmu rigali lit-tfal f’Rainbow Ward

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa żar ir-Rainbow Ward, fl-Isptar Mater Dei, fejn iltaqa’ mat-tfal li qed jiġu rikoverati f’dak il-ħin fis-swali.

Din iż-żjara saret ġurnata wara t-tieni rebħa ta’ 2-1 kontra l-Ġorġja minn Grupp 2 ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej fejn il-plejers nazzjonali, ġiehom il-ħsieb li jagħmlu att ta’ karita’ ma’ dawn it-tfal.

image (1)

Rennie Zerafa, f’isem ‘Puttinu Cares’, irringrazzja lill-kontinġent Malti tal-ħsieb u ż-żjara li għamel u qal li huma attivitajiet bħal dawn li jagħtu nies bħalu iktar kuraġġ ikomplu jaħdmu f’dan l-ambjent mat-tfal fil-bżonn.

Il-plejers nazzjonali, min-naħa tagħhom, sabu anki l-ħin biex jilagħbu mat-tfal b’ballun li ngħata appposta mill-Assoċjazzjoni.

Tim nazzjonali nisa

Plejers oħra lagħbu logħob ieħor bhat-table soccer.

Tim nazzjonali nisa

Il-plejers nazzjonali flimkien mal-kontinġent sħiħ, qasmu rigali lit-tfal fis-swali bħall-flokkijiet tat-tim nazzjonali, posters iffirmati u anki ċikkulata tal-Għid li nxtraw apposta għall-okkażjoni mill-plejers.

Tim nazzjonali nisa

Kif spiċċat l-attivita’, il-kontinġent sħiħ, baqa’ sejjer dirett lejn il-lukanda fejn hu alloġġjat u nġabar qabel is-sessjoni ta’ taħriġ ta’ għada li se tkun l-aħħar waħda qabel il-partita kontra l-Gżejjer Faroe tal-Ħamis, fil-11.00am, fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Ħamrun.