Alfred Grima, li fil-passat kien Minority Leader tal-Partit Laburista fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, u llum qed jikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali għal darb’oħra, qed jammetti li taħt it-tmexxija tal-Partit Laburista f’San Pawl il-Baħar, illum hemm “it-telqa u l-iżdingar madwar il-lokalità”.
Fl-aħħar jiem, Alfred Grima qassam flyer fid-djar kollha ta’ San Pawl il-Baħar, u fost l-affariiet li qal li jrid jagħmel, hemm li jressaq mozzjoni biex jittratta t-telqa u l-iżdingar madwar il-lokalità. Dan ifisser li hu stess qed jammetti li taħt it-tmexxija tal-Partit Laburista, il-Kunsill ħalla telqa u żdingar f’San Pawl il-Baħar.
Il-Partit Laburista ħa t-tmexxija tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar tliet snin ilu għall-ewwel darba, liema tliet snin kienu mifnija bi ġlied intern bejn il-kunsilliera tal-Partit Laburista għad-detriment tar-residenti tal-lokalità, li jinkludu dawk ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba, ix-Xemxija u l-Qawra.
Fil-fatt, fi tliet snin biss, irriżenja s-Sindku Laburista, li lllum se jikkontesta bħala Indipendenti f’Ħal Kirkop, irriżenjaw żewġ kunsilliera tal-Partit Laburista, kif ukoll inbidlu tliet Segretarji Eżekuttivi.
Dan ifisser li l-esperjenza tal-Partit Laburista fit-tmexxija tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ma tantx ħalliet frott, hekk kif flok tliet snin ta’ ħidma, esperjenzaw tliet snin ta’ riżenji u ġlied intern.
Issa s-sitwazzjoni li l-Partit Laburista qed iħalli f’San Pawl il-Baħar qed jikkonfermaha wieħed mill-kandidati tiegħu stess li qed jikkonferma li l-Partit Laburista qed iħalli “t-telqa u l-iżdingar madwar il-lokalità”.
Ritratt: Il-flyer tal-kandidat tal-Partit Laburista f’San Pawl il-Baħar Alfred Grima, li fiha jsemmi hu stess ‘it-telqa u l-iżdingar madwar il-lokalità’
//= $special ?>