Internazzjonali

Mijiet ta’ klieb il-baħar qrib bajja fi Florida

Mijiet ta’ klieb il-baħar intlemħu mill-ajru jgħumu madwar 30 metru biss ’il barra minn xtajta fil-Florida, fl-Istati Uniti.

Il-fotografu John Massung lemaħ din id-dehra hekk kien nieżel bil-paraxut qrib il-kosta tan-naħa t’isfel ta’ Florida.

Massung qal li hu ħareġ ferm ’il barra mix-xtajta u d-dehra ta’ mijiet ta’ klieb il-baħar ma setgħet tispiċċa b’xejn tant kemm kien hemm jgħumu fl-inħawi.

Mir-ritratti li Massung poġġa fuq Facebook, ħafna kienu dawk li wieġbu li dawn kienu jidhru xi wieħed minn żewġ tipi ta’ klieb il-baħar, dawk li bl-Ingliż jissejħu “Blacktips” jew “Spinners” u li hu normali li jemigraw lejn inħawi oħra tad-dinja f’dan iż-żmien tas-sena.

Ir-ritratt ta’ Massung spiċċaw inxterdu minn madwar 2,000 persuna fuq Facebook fejn ħafna kkummentaw dwar din il-qtajja’ mhux tas-soltu ta’ dan l-ispeċi ta’ ħut.