Kerċem Ajax temmew il-kuntratt tal-kowċ u plejer tal-klabb Sabri Rais wara argument li nqala’ bejnu u l-plejer ta’ Xewkija Tigers Dene Shields.
Fi stqarrija, Kerċem Ajax iddeploraw l-aġir ta’ Rais fil-konfront ta’ Shields u qalu li waslu għad-deċiżjoni li bħala passi dixxiplinari u bi qbil bejn iż-żewġ partijiet, il-plejer/kowċ jitwaqqaf mill-kuntratt tiegħu għaliex il-kumitat hu kontra kull vjolenza fil-football u jixtieq iwassal messaġġ ċar li atteġjamenti bħal dawn mhux tollerati fil-klabb.
Minflok Rais, għall-aħħar logħba tal-istaġun, il-kumitat ħatar lill-assistent kowċ Petar Kymurdhiev biex imexxi t-tim.
Kerċem Ajax preżentament jinsabu fir-raba’ post tal-Ewwel Diviżjoni Għawdxija b’21 punt, punt taħt Victoria Hotspurs u fuq Oratory Youths.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

