Fl-Olanda Fiat 500 R tal-1975 qed tiġi offruta għall-bejgħ għall-prezz ta’ 42,500 ewro. Imma l-karrozza, għall-bejgħ minn speċjalisti ta’ karrozzi, il-Gina Classic, kienet miżmuma għal dawn is-snin kollha f’kundizzjoni partikolari.
Dan peress li kull m’għanda huma 104 kilometru u tul dawn is-snin kollha inżammet fil-magħluq mingħajr umdita u trab u bit-tyres maqtugha mill-art. Dan apparti li qatt ma ħarġet fit-triq.
Il-karrozza għall-ewwel kienet inżammet f’maħżen ta’ bejjiegħ tal-karrozzi imbagħad fl-1994 inxtrat minn dilettat tal-Fiat.