Il-President tal-Federazzjoni tal-FACE, l-Assoċjazzjonijiet Ewropej għall-Kaċċa u l-Konservazzjoni, qed tappoġġja l-kampanja tal-IVA biex f’pajjiżna tibqa’ ssir il-Kaċċa fir-Rebbiegħa.
Dan qalitu l-Kampanja IVA bħala Maltin u Ewropej fi stqarrija biex twieġeb stqarrija maħruġa lbieraħ mill-Kampanja SHout (Spring Hunting out) dwar il-kollaborazzjoni fuq proġett biex ikun salvat il-gamiem.
Min-naħa tagħha, il-Kampanja IVA ppubblikat ittra li l-President tal-FACE Gilbert de Turckheim bagħat lill-membri Maltin tal-Federazzjoni biex jivvutaw favur il-Kaċċa fir-Rebbiegħa għax il-FACE “tapprezza l-valur kulturali għoli li l-Kaċċa għandha f’Malta”.
Sadanittant, Uffiċjal tal-FACE ċaħad l-istqarrija tax-SHout dwar kollaborazzjoni, filwaqt li saħaq li l-proġett hu biss biex ikun simplifikat l-istudju dwar il-possibbiltà ta’ theddida għar-razza tal-gamiem.
Spjega li l-proġett jgħin ukoll fil-ħtiġijiet ta’ konservazzjoni għal 16-il speċi ta’ għasafar f’10 pajjiżi differenti li ma jinkludux lil Malta.
//= $special ?>