Lokali

Filmat: Ejja nżidu l-fiduċja tan-nies fil-politika – Simon Busuttil

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil appella biex il-partiti jwettqu politika li peremzz tagħha tiżdied il-fiduċja fil-politka; b’kuntlarju għall-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista qed iwettaq din il-politika.

Meta kien qed jitkellem f’attivita’ politika fis-Siġġiewi l-Erbgħa filgħaxija, Simon Busuttil tkellem dwar il-ħidma li wettqu kunsilli Nazzjonalisti fosthom fis-Siġġiewi fosthom ċentri għall-anzjani, 2,000 metru ta’ bankini u ċ-Ċentru Ċiviku li qabel kienet dar okkupata mill-Każin Laburista. Din hi lokalità li turi b’mod ċar kif issir il-politika bejn Kunsilli Lokali mmexxija mill-Partit Nazzjonalista u dawk immexxija mill-Partit Laburista.

Il-Kap tal-PN qal li minbarra fuq livell lokali, il-Partit Nazzjonalista iwettaq bidla fuq livell nazzjonali. Dan il-Gvern qed itellef il-fiduċja fil-politika għaliex jopera bla kontabbilta’, bla trasparenza u bla meritokrazija, li saret daħqa. Kompla jgħid li l-għajta ‘Malta Tagħna Lkoll’ kienet tfisser kontabbilta’, trasparenza u meritokrazija iżda fil-fatt kienet gidba u ipokresija. Dan hu gvern ipokrità bi Prim Ministru li għandu ipokresija tixgħel.

Simon Busuttil qal li l-fatti huma li taħt Gvern Laburista saru xogħlijiet fil-privat minn ħaddiem tal-Gvern. Hu semma x-xogħlijiet li saru f’diversi lokalitajiet f’Għasri fosthom l-Għasri, ix-Xagħra, Kerċem, Marsalforn, San Lawrenz u f’Għajnsielm fejn sar xogħol fuq kamra propjetà privata mibnija bla permess fix-Xatt l-Aħmar prropjetà ta’ kanvasser tal-Ministru Refalo. Il-pulizija għandha tagħmel ukoll investigazzjonijiet fuq il-preżent, sostna Simon Busuttil, li sostna li l-Prim Ministruu għandu jieħu azzjoni fuq il-Ministru Anton Refalo.

Il-Kap tal-PN sostna li l-ipokresija tal-Prim Ministru hi kbira għaliex ma jistax jgħid li ma tkellimx mal-Ministru Refalo fuq dan il-każ.

Hu qal li d-Deputat Mexxej Lalurista Toni Abela qal li l-Partit Laburista ma jiddejjaqx jagħmel deals bil-ħabi sakemm nagħmlu lin-nies sinjuri u staqsa jekk Toni Abela kienx qed jgħid għal tal-Cafe’ Premier li tawhom €4.2 miljun.

Simon Busuttil semma ż-żjara tal-Prim Ministru fl-Ażerbajġan u nies oħra qribu biex jiffirmaw deal ma’ dak mil-gvern u mal-kumpanija taż-żejt Socar bla uffiċjali pubbliċi, bla konslu, bla media u bla ambaxxatur. Ftit ġimgħat wara l-Awditur Ġenerali qal li l-Ministru Konrad Mizzi indaħal hu biex jordna li l-ftehim tal-hedging għax-xiri taż-żejt isir mal-kumpanija Socar.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li fil-power station, il-Prim Ministru aġixxa b’ipokresija meta flok lesta l-power station il-ġdida tefa’ dik tal-Marsa waqt li issa se jinagwura wkoll l-interconnector li għamel il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern.

Fakkar li l-Partit Nazzjonalista żvela wkoll numru ta’ kuntratti li l-Gvern żamm moħbija, fosthom il-ftehim biex 310,000 metru kwadru jmorru għand l-Enemalta li issa terz tagħha hi tal-barranin Ċiniżi f’diversi lokalitajiet biex isiru l-panelli. Dawn se jħallsu 50c kull metru kwadru. Il-kumpaniji privati jridu jħallsu €3.53c. Dan jammonta għal diskriminazzjoni u vantaġġ lill-Enemalta li hi mibjugħa lill-barranin. Il-kuntratti kienu ffirmati bil-moħbi sal-4 ta’ filgħodu u kellha tkun l-Oppożizzjoni li tippubblikahom.

Kuntratt ieħor kien dak li l-Gvern għadda lill-Electrogass li se tagħmel il-power station propjeta’ fejn se jibnu l-power station għal 34 sena meta l-kuntratt għax-xiri tal-elettriku mal-kumpanija hu ta’ 18-il sena.

“It-tielet kuntratt hu dak li ingħata ċens lill-Enemalta għal 99 sena tal-art fejn hemm il-power station tal-Marsa. Għaliex din ingħatat għal 99 sena?” Staqsa l-Kapa tal-PN.

Simon Busuttil kompla li l-Gvern Laburista daħħal 5000 mal-Gvern u sostna li hemm diversi każi ta’ meritokrazija fosthom Cyrus Engerer b’pakkett ta’ E85,000, il-każ ta’ Sai Mizzi, il-każ ta’ Michel Buttigieg, ta’ Jeffrey Curmi u tal-ex Ministru Manwel Mallia.

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil appella biex il-PN jerġa’ jinbena fuq pedamenti sodi u juqm għlal-okkażjoni bie xjagħmel id-differenza. Il-PN irid ikun partit li jisma u jistma lin-nies, li jgħolli l-istandards, sostna l-Kap tal-PN Simon Busuttil.