Lokali

Filmat: Joseph Muscat jerġa’ jaħrab milli jitkellem dwar il-Kunsilli Lokali

Isejjaħ il-liġi dwar l-obeżita’ mressqa mill-Oppożizzjoni bħala ‘liġi dwar ix-xaħam”

Għal darb’oħra, f’diskors ieħor, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħarab milli jitkellem dwar il-Kunsilli Lokali waqt attivita’ politika li saret l-Erbgħa. Hu ma tkellimx dwar x’lesti joffru l-kandidati tal-Partit Laburista.

Fid-diskors tiegħu Muscat semma’ l-pjan tal-enerġija tal-Partit Laburista, pjan li Muscat qal li qiegħed jaħdem. Kien hawn fejn semma l-interconnector u qal li hu parti mill-pjan li dejjem kellu l-partit laburista.

Iżda Joseph Muscat ma qalx li f’għeluq is-sentejn minflok inawgura l-power station li wiegħed, se jkun qed jinawgura l-pjan tal-enerġija tal-Partit Nazzjonalista, l-interconnector. Muscat lanqas ma semma’ li qabel l-elezzjoni ġenerali il-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni kien jirredikola l-proġett tal- nterconnector.

Joseph Muscat irredikola l-abbozz ta’ liġi li ressqet l-Oppożizzjoni dwar l-obeżita’ u desskriviha bħala liġi dwar ix-xaħam!

Għal darb’oħra Joseph Muscat pprova jirredikola lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil talli l-Oppożizzjoni oġġezjonat għad-deċiżjoni tiegħu, ta’ Joseph Muscat bħala Prim Ministru, biex l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ma jsirux din is-sena.