Kurżitajiet

FILMAT: Minn wara l-kwinti ta’ Marvel Avengers: Age of Ultron

Filmat li juri ftit minn dak li ġara wara l-kwinti tal-film Marvel Avengers: Age of Ultron. Film li se joħroġ f’dawn il-ġranet wara s-suċċess enormi tal-ewwel wieħed tas-serje Avenegers 3 snin ilu u li se jerġa’ jara fost l-oħrajn lil Robert Downey Jr., fil-parti ta’ Iron Man, flimkien ma’ Chris Hemsworth fil-parti ta’ Thor, Mark Ruffalo bħala Hulk u Chris Evans bħala Captain America. Dan flimkien ma’ Scarlett Johansson bħala Black Widow ma’ Jeremy Renner bħala Hawkeye
Film miktub u dirett minn Joss Whedon u bażat fuq is-serje popolari ta’ comics “The Avengers” pubblikat għall-ewwel darba fl-1963.