Lokali

Ħaddiem Bosnijak fil-periklu li jitlef ħajtu wara li waqa’ minn għoli f’sit tal-kostruzzjoni fl-Imrieħel

Ħaddiem barrani tal-kostruzzjoni jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li dalgħodu waqa’ minn għoli ta’ madwar 12-il metru f’sit tal-kostruzzjoni fl-Imrieħel.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li r-raġel, Bosnijak ta’ 46 sena, kmieni dalgħodu kien qed jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni meta għall-ħabta tat-7.40am għal xi raġuni waqa’ mill-għoli.

Fil-post wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel għajnuna medika lill-barrani. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ, filwaqt li diversi esperti qed jgħinu f’Inkjesta Maġisterjali.