Kif jiġri l-Erbgħa ta’ wara l-festa tal-Għid, tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Girgor. Festa li tiġi ċċelebrata bi kbir f’Marsaxlokk.
Il-festa ta’ San Girgor tiġbor fiha żewġ aspetti – dak reliġjuż u dak tradizzjonali. Fost it-tradizzjonijiet hemm dik li jkun hemm min jieħu l-ewwel għawma għalkemm kienu ħafna li ħasbu li jkun ahjar li ma jaqbżux il-baħar għaliex għadha l-kesħa!
Iżda f’Marsaxlokk l-Erbgħa filgħodu kienu ħafna dawk li biex jiċċelebraw il-festa ta’ San Girgor żammu mat-tradizzjonijiet u l-folklor tal-ħajja Maltija. Ma naqsux il-lotteriji, t-tombla u l-bejjiegħa tal-monti li ramaw għal din il-festa.
Żaru l-attivitajiet f’Marsaxlokk, ix-Shadow Minister għall-edukazzjoni u x-Xoghol, Therese Comodini Cachia, u l-Kelliem għall-Biedja u s-Sajd, Toni Bezzina flimkien mal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk.
Fl-antik, il-festa ta’ San Girgor kienet ftit differenti minn kif tiġi ċċelebrata llum. Dan għaliex fl-imgħoddi dik li qabel kienet purċissjoni nazzjonali, illum issir mill-Knisja ta’ San Klement fiż-Żejtun għall-Knisja ta’ San Girgor fiż-Żejtun stess. Imbagħad wara din il-purċissjoni li normalment in-nies kienu jinżlu Marsaxlokk għall-ewwel għawma tas-Sajf.
//= $special ?>