F’konferenza tal-aħbarijiet f’Birkirkara, il-kampanja ‘Iva, bħala Maltin u Ewropej’ akkużat lill-BirdLife li qed tuża nases tal-qtates fir-riserva tagħha fis-Simar. Il-kelliema tal-kampanja tal-Iva Kathleen Grima qalet li għal snin fir-riserva kienu qed jintużaw nases intenzjonati biex fihom jinqabdu qtates domestiċi u jitwarrbu mill-post.
Hi qalet li għalkemm din id-deċiżjoni setgħet ittieħdet biex tipproteġi kemm jista’ jkun l-abitat naturali tal-post, il-kampanja tal-Iva temmen li seta’ intagħżel mod aktar dinjituż sabiex tissolva din il-problema. Wieħed jista’ jimmaġina waħdu t-tbatija li jsibu ruħhom fiha dawn il-qtates kull darba li jipprovaw jinħelsu qabel jinstabu minn min ikun lesta dawn in-nases, qalet Grima.
Hi kompliet li l-evidenza marbuta ma’ dan il-każ se tingħadda lid-Dipartiment tal-Animal Welfare biex jekk jista’ jkun jittieħdu passi urġenti u dan l-abbuż jitwaqqaf.
Kathleen Grima appellat biex meta nhar is-Sibt wieħed ikun qed jivvota, jara li mal-ħażin ma jeħilx it-tajjeb u ma nikkastigawx lil kulħadd minħabba l-ħażin tal-ftit.
//= $special ?>