Miguel, l-ispirazzjoni wara il-‘March for Puttinu’, bi sfida quddiemu
Miguel, illum telaq flimkien mal-familja tiegħu barra minn pajjiżna biex jingħata trattament kontra l-kanċer, fosthom trapjant tal-mudullun.
Iċ-ċkejken huwa ammiratur tal-isports tal-boxing, tant li minn età żgħira beda jistħarreġ dan l-isport. Fl-aħħar snin, iċ-ċkejken Miguel kellu ċ-ċans jieħu ritratt mal-boxer Billy Corito, li llum hu wieħed mill-aqwa boxers f’pajjiżna.
F’kumment fuq Facebook, Billy Corito talab lill-pubbliku biex jiddedika ftit sekondi ta’ talb għaċ-ċkejken Miguel.
“Il-ġellied tagħna se jiffaċċja waħda mill-ikbar battalji. Talba żgħira tgħin ħafna. Aħna warajk.” – Billy Corito
Miguel huwa wkoll ammiratur tal-Forzi Armati ta’ Malta, tant li fl-2013 hu kien l-ispirazzjoni wara l-inizjattiva ‘March for Puttinu’ mis-sezzjoni ‘C Special Duties Company’ tal-Forzi Armati ta’ Malta. Fuq Facebook, il-Forzi Armati ddedikaw ftit sentenzi biex jawguraw l-aqwa riżultati mill-operazzjoni li se jagħmel.
“Miguel huwa ta’ ispirazzjoni għall-irġiel u n-nisa bl-uniformi. Illum, Miguel jinsab fit-talb tagħna” – il-Forzi Armati ta’ Malta
Anke l-qraba u l-ħbieb ta’ Miguel talbu lill-pubbliku sabiex iżommu liċ-ċkejken fit-talb tagħhom, hekk kif illum kellha ssir l-operazzjoni.
//= $special ?>“Good luck champ. You can do it little warrior!” – ħabib tal-familja taċ-ċkejken Miguel