Persuna li tkellmet magħna fl-aħħar jiem esprimiet id-diżappunt tagħha għall-mod kif qed tiġi trattata mill-uffiċjali tal-ARMS. Dan hekk kif hi ilha kważi xahrejn biex tirċievi risposta dwar kont pendenti li għandha.
Din il-mara tixtieq tissetilja dan il-kont għaliex il-post inxtara mingħand xi ħadd ieħor. “Ilni niġri warajhom żmien twil. Fi Frar anke bagħat email iżda ħadd ma wieġeb”.
L-istess persuna qaltilna li kitbet ukoll direttament lill-Prim Ministru iżda l-affarijiet xorta baqgħu kif kienu.
“Riċentament erġajt mort l-ARMS u qaluli li se jerġgħu jibgħatu lill-meter reader, iżda dan għadu ma ġiex. Ma jistax ikun nibqa’ nistenna għax dal-post ġie mibjuh u jrid isir it-transfer wara li jitħallas il-kont”, spjegatilna din il-mara li sal-lum għadha imwaħħla bil-problema tagħha.
Il-Prim Ministru kien saħansitra qalilha li se jikkuntatjawha mill-Uffiċċju tiegħu, iżda ħadd qatt ma kellimha.
//= $special ?>