Lokali

L-ebda żviluppi fl-istrike fl-HSBC

Ma kienu rappurtati l-ebda żviluppi jew negozjati ġodda bejn l-HSBC u l-MUBE fl-istrajk li qed isir bħalissa.

Dettalji dwar din is-sitwazzjoni ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata ftit ħin ilu mill-MUBE u l-GWU, li wkoll qed tipparteċipa fl-istrajk.

Il-President tal-MUBE William Portelli qal li f’Awwissu li għadda kien hemm qbil bejn l-MUBE u l-HSBC dwarr l-ftehim kollettiv tal-ħaddiema iżda l-HSBC irtira l-pakkett finanzajru ta’ ta żieda minima lil xi taqsimiet ta’ ħaddiema. William Portelli qal li minkejja l-komunikazzjoni li ssir mal-HSBC, jirriżulta li l-bank ma jirdx jikkommetti ruħu bil-mkitba dwar il-kundizzjonijiet maqbula. Hu sostna li hemm rabja kbira fost il-ħaddiema għall-mod kif qed ikunu trattati u dan kien fattur ewlieni li wassal biex 95 fil-mija tal-1200 ħaddiem tal-HSBC qed jobdu d-dirtettiva tal-union.

William Portelli qal li l-union hi diżappuntata wkoll għat-theddida ta’ lock out li l-HSBC ta lill-ħaddiema. Iktar minn hekk, sostna William Portelli, l-MUBE hi diżappunata kwoll għall-fatt li kienet l-MEA li awtorizzat dan il-lock out lill-HSBC. Dan meta l-MEA qed taġixxi ta’ medjaturr f’din il-kwistjoni. Dan jammonta għal kontradizzjoni fir-rwol tal-MEA, sostna William Portelli.

Kemm l-MUBE kif ukoll il-GWU esprimew id-diżappunt tagħhom għall-mod kif l-HSBCX qed jitratta lill-ħaddiema u sostnew li minkejja li dan hu bank dinji, il-unions Maltin mhux se jieħqfu jiddfendu l-interessi tal-ħaddiema. Huma sostnew li l-HSBC qed ikun aggresiv mal-ħaddiema u mal-unions u għalhekk ma jeskludux li l-azzjonijiet mhux biss jesklaw iżda jinfrxu wkoll f’postijiet oħra tax-xogħol b’sens ta’ solidarjeta.William Portelli kkonferma li l-MUBE qed tir/ievi diversi messaġġi ta’ solidarjeta minn unions oħra.

Kemem iil-GWU kif ukoll l-MUBE eesprimew tama li n-negozjati li qed isiru jagħtu riżultat pożittiv għalkemm l-indikazzjonjiet huma li l-azzjonijiet jistgħu jkomplu sa tmiem il-;imgħa, skont il-mandat li l-ħaddiema tal-bank taw lill-unions.