Kurżitajiet

Mara mejta tirċievi kont tat-taxxa għal 1p

Mara, residenti fir-Renju Unit, li mietet is-sena l-oħra fl-eta ta’ 92 sena, ‘irċeviet’ kont tat-taxxa mingħand il-kunsill tagħha, fejn ingħad li hi kien fadlilha tħallas 1p biex tibbilanċja l-affarijiet.

Elsie Watson, li sa ftit ilu kienet residenti f’Woodley, qrib ta’ Stockport, qattgħet l-aħħar ta’ ħajjitha ġo dar għall-anzjani. Intant, wara mewtha l-ħaddiema ta’ din id-dar kienu għaddew l-ittra bil-kont, flimkien ma’ korrispondenza oħra, lill-iben ta’ din l-anzjana li għandu 72 sena.

Id-domanda mill-Kunsill ta’ Stockport biex titħallas it-taxxa dovuta meqjusa li kienet tiswa ‘daqs 60 darba aktar’ – fi spejjeż tal-posta – mill-ammont mitlub fil-każ partikolari. Intant, il-Kunsill ħareġ ukoll bl-offerta biex Elsie Watson tħallas l-ammont ta’ 1p bin-nifs.

Min-naħa tiegħu, Barry Holland, iben l-anzjana, ikkundanna din l-ittra bħala ‘redikola għall-aħħar’, bil-kont, ‘il quddiem, jispiċċa mħallas mill-mara tiegħu.

Sadanittant, il-Kunsill ta’ Stockport ammetta l-iżball waqt li talab apoloġija lill-persuni kkonċernati.