Lokali

Muscat jammetti xogħlijiet minn ħaddiema tal-Gvern fil-privat f’Għawdex

Il-kontroversja dwar ix-xogħlijiet li saru fil-privat f’Għawdex minn ħaddiema tal-Gvern fl-aħħar sentejn issa tieħu żvolta oħra wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat jammetti li fl-aħħar sentejn f’Għawdex saru xogħlijiet minn ħaddiema tal-Gvern f’postijiet privati.

F’kummenti lil MaltaRightNow.com, il-Prim Ministru tkellem dwar l-allegazzjonijiet li saru xogħlijiet fil-passat f’Għawdex u rrifera għall-investigazzjonijiet tal-Pulizija biex ikunu sostanzjati dawn l-allegazzjonijiet. Il-Prim Ministru sostna li d-dewmien fl-investigazzjonijiet mhux kompitu tiegħu.

Fuq il-każi tax-xogħlijiet li saru fl-aħħar sentejn minn ħaddiema tal-Gvern f’postijiet privati f’Għawdex, il-Prim Ministru għamel tentattiv biex jiddefendi lill-Ministru Anotn Refalo. Minkejja dak li qal il-Prim Ministru, il-fatti jitkellmu mod ieħor.

Ara l-filmat sħiħ bil-kummenti tal-Prim Ministru Joseph Muscat