Il-linja tal-ajru Ryanair nediet l-iskeda tax-Xitwa 2015 b’total ta’ 21 rotta minn u lejn Malta. Fost l-oħrajn, se tiġi introdotta rotta ġdida lejn East Midlands fl-Ingilterra.
Ryanair se tkun qed iżżid it-titjiriet minn Malta lejn Madrid.
Fi stqarrija din il-linja tal-ajru ħabbret li se tkun qed tniedi website ġdida, u anke application għall-mobile.
Sabiex tiċċelebra t-tnedija ta’ din l-iskeda l-ġdida għax-Xitwa 2015, Ryanair qed toffri 100,000 biljett għal prezzijiet ridotti.
//= $special ?>