Sal-Erbgħa filgħaxija baqgħu ma nġabrux 33,711-il vot għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Baqgħu ma nġabrux ukoll 23,317-il vot għar-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.
Il-Ħamis ikun l-aħħar ċans biex wieħed jiġbor id-dokumenti tal-vot tiegħu għar-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa u l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali s-Sibt li ġej, f’każ li għadu ma ġabarhomx u jistgħu jinġabru mit-8 ta’ filgħodu sas-2 ta’ waranofsinhar u mit-3 ta’ waranofsinhar sa nofsillejl.
Id-dokumenti tal-vot jinġabru miċ-ċentru tal-għadd tal-voti (l-eks Trade Fair Grounds) fin-Naxxar għall-Maltin, jew mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fir-Rabat għal dawk irreġistrati Għawdex.
Biex jiġbor id-dokumenti tal-vot tiegħu, wieħed irid imur personalment u jieħu miegħu l-karta tal-identità jew dokument tar-residenza. Mingħajr dokument tal-vot, wieħed ma jkunx jista’ jivvota fl-elezzjonijiet tas-Sibt li ġej.
//= $special ?>