Informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com tgħid li fl-aħħar ħin intemmet laqgħa f’Kastilja fuq il-kwistjoni tal-HSBC. L-uffiċju tal-Prim Ministru kien diġa’ ssemma li qed juipprova jagħmilha ta’ medjatur f’din il-kwistjoni.
MaltaRightNow.com jinsab infurmat li għal din il-laqgħa, msejjħa mill-uffiċju tal-Prim Ministru, attendew uffiċjali għolja tal-Gvern flimkien ma’ rappreżentanti taż-żewġ unions; l-MUBE, li għandha l-kwistjoni mal-management tal-bank HSBC fuq il-ftehim kollettiv, kif ukoll il-GWU li tirrappreżenta għadd ta ħaddiema hi wkoll fil-bank u li qed tappoġġja l-azzjonijiet industirjali ordnati mill-MUBE.
Jidher li ma kien hemm ebda żblokk s’issa iżda skont informazzjoni li għandu Malta Right Now jidher li l-eżitu tal-laqgħa kien li ż-żewġ naħat jersqu aktar lejn xulxin u l-Ħamis mistennija ssir laqgħa bejn l-MUBE U l-Kap Eżekuttiv tal-HSBC.
Il-laqgha f’Kastilja damet iktar minn sagħtejn. Hu mifhum li kien hemm preżenti għal-laqgħa l-president tal-MUBE Willliam Portelli u l-uffiċjali tal-GWU li ndirizzaw il-konferenza tal-aħbarjiet aktar kmieni mal-MUBE. Uffiċjali mit-taqsima tal-union għall-ħaddiema tal-banek.
MaltaRightNow jifhem li b’dan l-eżitu, s’issa l-azzjonijiet industirjali se jkomplu kif pjanat matul il-ġurnata t’għada.
//= $special ?>