Lokali

Ikomplu n-negozjati bejn l-MUBE u l-HSBC

Ikomplu n-negozjati bejn il-Union tal-Ħaddiema tal-Banek (MUBE) u l-management tal-bank HSBC wara jiem ta’ azzjonijiet industrijali.

L-istaff tal-bank daħal lura għax-xogħol illum sakemm għadhom għaddejjin in-negozjati. Minn informazzjoni li għandu maltarightnow.com, jidher li l-bank qed jitlob lill-membri tal-istaff iċ-ċwievet u l-PIN codes biex jiftħu l-fergħat u ż-żoni ta’ sigurta’.

Din il-mossa xejn ma nizlet tajjeb u qed tiġi interpretata bħala tħejjijiet mill-management għal iktar azzjonijiet. Sadanittant, l-MUBE fakkret lill-membri li l-union u l-management tal-HSBC għadhom f’tilwima industrijali u l-ħaddiema m’għandhomx jgħaddu ċ-ċwievet u l-codes tagħhom. L-MUBE qalet li se tinforma lill-kwartieri ġenerali tal-HSBC f’Londra b’din il-mossa.