Lokali

IVA, bħala Maltin u Ewropej bl-aħħar Djalogu Pubbliku f’ħaz-Żabbar

L-Erbgħa filgħaxija il-kampanja IVA, bħala Maltin u Ewropej organizzat l-aħħar Djalogu Pubbliku tagħha f’ħaz-Żabbar.

Il-kelliem Darrin Caruana spjega li l-kaċċaturi m’humiex ħa jaqu għall provokazzjonijiet u ħa jibqgħu mixjin fuq l-istess prinċipji ta’ tolleranza u rispett, sostna “għax nemmnu ukoll li l-poplu Malti hu matur u ntelliġenti biżejjed biex nhar is-Sibt jivvota IVA.”

Dr. Kathleen Grima fl-aħħar qalet ir-raġunijiet għalfejn il-vot għandu jkun wieħed IVA. “Għaliex IVA: Għax nemmnu fi drittijiet indaqs fl-Ewropa; Għax it-tradizzjoni soċjo-kulturali tal-kaċċa fir-rebbiegħa hija sostenibbli, limitata biss għall 8% mir-rebbiegħa kollha u ma teżistix alternattiva għaliha; Għax wara r-referendum, l-art privata se tibqa tal-privat u dik imqabbla għand il-gabilott hekk se tibqa, u għax il-pubbliku ser jibqa jgawdi l-istess art pubblika li jgawdi sa llum stess; U għax għandna fiduċja sħiha fil-maturita’ u l-inteliġenza tal-poplu Malti u Għawdxi.

Sostniet li għalhekk vot IVA huwa favur id-drittijiet, il-koeżistenza, l-koperazzjoni, t-tolleranza, r-responsabilta’, il-bilanċ u r-rispett li għandu jkollu l-poplu Malti kollhu.

IVA ukoll, biex l-interessi, d-drittijiet u l-privileġġi legali tal-minoranzi jkun protetti mill-estremisti.
U, fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, IVA, għax ħadd m’għandu jkun qatt espost u soġġett għall dak li għaddejjin minnhu llum il-kaċċaturi.”